Wednesday, December 25, 2024

Riċerkaturi Taljani jgħidu li sabu vaċċin li jinnewtralizza l-Coronavirus fiċ-ċelloli tal-bniedem

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Xjentisti mill-Istitut Nazzjonali Taljan għall-Mard Infettiv, Lazzaro Spallanzani, qed isostnu li għandhom vaċċin li jista’ jkun li jinnewtralizza l-Coronavirus miċ-ċelloli tal-bniedem. 

Skont is-sejbiet li għamlu mit-testijiet f’dan l-isptar f’Ruma, il-vaċċin iġġenerat antikorpi fil-ġrieden li jaħdmu wkoll fuq iċ-ċelloli tal-bniedem. Ġie osservat ukoll li dawn l-antikorpi jipprevjenu lill-virus milli jinfetta liċ-ċelloli. 

Dan il-vaċċin qed jiġi żviluppata mill-kumpanija Takis Biotech li ġew ikkwotati mill-aġenzija tal-aħbarijiet ANSA jgħidu li dan hu l-aktar stadju avvanżat ta’ ittestjar għal vaċċin li nħoloq fl-Italja. Il-kumpanija qalet li t-testijiet fuq il-bniedem mistennija jsiru wara dan is-sajf. 

Jidher li din il-kumpanija kienet qiegħda tesplora diversi għażliet mal-kumpanija bbażata fl-Istati Uniti LineaRx. Madankollu, il-kumpanija għandha bżonn l-appoġġ tal-Gvern Taljan u l-alleanzi tiegħu ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali biex ikompli jiġi żviluppat il-vaċċin. Il-kumpanija spjegat li din mhix kompetizzjoni u jekk kulħadd jgħaqqad il-forzi u l-ħiliet flimkien, allura kulħadd ikun jista’ jirbaħ kontra dan il-virus. 

Mill-ħames vaċċini kandidati li pproduċew l-akbar ammont ta’ antikorpi, ir-riċerkaturi għażlu tnejn. Il-vaċċini kandidati kollha li qed jiġu żviluppati huma kollha bbażati fuq il-materjal ġenetiku tal-proteina tal-virus, imsejħa l-ispike. Bħalissa x-xjentisti qed jistudjaw kemm il-vaċċin idum jirrispondi bl-immunità. 

Ekonomija

Sport