Sunday, December 22, 2024

Riedet twassal xi messaġġ?

Is-sesswologu Matthew Bartolo jisħaq li f’każ ta’ bżonn ta’ għajnuna għandna nkunu aħna stess li nitolbuha

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-midja soċjali hija għodda li biha nesprimu ruħna u b’xi mod niftħu tieqa dwar ħajjitna, il-ħsibijiet tagħna u ħafna drabi l-esperjenzi li ngħaddu minnhom. Bħall-maġġoranza tan-nies, Sandra Ramirez, il-Kolombjana li sfat vittma tal-ewwel femiċidju għal din is-sena, ukoll kienet ittella’ messaġġi online. Huwa proprju wieħed minn dan il-posts li tellgħet ftit ġimgħat qabel inqatlet, li jħassbek mhux ftit.

Ippubblikat ma’ dan l-artiklu, fil-paġna tal-Facebook tagħha Ramirez fil-15 ta’ Diċembru tas-sena l-oħra, kienet tellgħet ritratt ta’ mara li tidher msawwta b’ħabel marbut mal-post fejn suppost qiegħda qalbha. It-tarf l-ieħor tal-ħabel huwa mqabbad ma’ qalb miżmuma minn raġel bil-mobile f’idejh l-oħra u qlub ħerqin minnu. F’dan ir-ritratt partikolari l-mara tidher b’wiċċha mbenġel u b’imqass f’idejha. Il-messaġġ f’dan ir-ritratt jista’ jfisser ħafna u għal din ir-raġuni ħadna l-opinjoni professjonali tas-sesswologu Matthew Bartolo. Mingħajr ma nidħlu fil-mertu tal-każ li dwaru għaddejjin proċeduri fil-qorti, tajjeb li wieħed iqajjem għarfien dwar ċerti messaġġi li jidhru fil-midja soċjali li bla ma nkunu nafu, jistgħu jkunu talba bil-pulit għall-għajjut.

F’każ ta’ sitwazzjonijiet diffiċli…

Bartolo beda biex qalilna li bħala professjonist huwa mhuwiex wieħed li jiddiskuti każijiet individwali u dan għax xogħlu għallmu li l-koppja biss tkun taf x’ikun hemm għaddej bejniethom. Iżda, aktar minnhekk, dan is-sesswologu saħaq fl-importanza li f’każ ta’ sitwazzjonijiet diffiċli, għandna nkunu aħna stess li nitolbu l-għajnuna meta u jekk ikollna bżonnha.

Bartolo spjega li, “koppja biss tkun taf x’ikun għaddej bejniethom. Kultant lanqas il-koppja stess. Kultant bħal donnhu jkun hemm tliet veritajiet.  Dak li tħoss u tesperjenza naħa, dik li tħoss u tesperjenza oħra u l-fatti kif vera huma. Huwa jemmen li jkun tajjeb li lkoll kemm aħna jekk naraw xi post jew meme li jkunu tefgħu fuq il-midja soċjali qraba jew ħbieb tagħna li jġegħlna naħsbu li għandhom bżonn jitkellmu, inkunu aħna li naqbad l-mobajl u nċemplu.  

Il-parir tiegħu huwa li, “mhux nistennew li jċemplu huma jew li xi ħaddieħor se jieħu ħsiebhom. Naqbdu u nkunu aħna li nċemplu.  Però, lanqas nistgħu nitfgħu responsabiltà fuq sħabna jew nies li jiġu minnha biex jaqraw il-profili soċjali tagħna biex ikunu jafu minn xhiex aħna għaddejjin”.

Ekonomija

Sport