Il-Prim Ministru qal li “għax ipproteġjna li pajjiżna iffaċċjajna kawżi fil-qrati fosthom kontra l-Forzi Armati. Dawn kienu qed jinstigawhom il-kollegi ta’ faċċata. Kien hemm min fosthom li ħadem kontra dawn l-azzjonijiet. Hawn min qed quddiemi. Qed nara lid-Deputat Joseph Ellis. Kien hemm min kien qed jagħmel minn kollox biex lil min kien qed jaħdem għal interessi tal-pajjiż jitfgħu f’ċella.”
F’dan il-mument id-Deputat Nazzjonalista Joseph Ellis għamel ‘point of order’ bl-Ispeaker tgħidlu li dak li kien qed jgħid ma kienx ‘point of order’, imma punt ta’ kjarifika.
Il-Prim Ministru kompla jgħid li “nirringrazzja lid-Deputat Joseph Ellis li għadu kif ikkonferma dak li kont qed ngħid jien. Fost l-aktar pajjiżi li ħdimna magħhom hemm il-Libja u bdejna relazzjoni ġdida. F’laqgħa f’Pariġi dwar il-Libja sħaqna fuq Libja stabbli. Il-messaġġ tagħna kien li forzi barranin m’għandux ikollhom rwol ta’ indħil imma ta’ koperazzjoni u f’kordinament mal-Libjani.”