Friday, May 3, 2024

“Rigali mgeżwrin fil-bagalja tal-idejn x’aktarx ikollhom jinfetħu biex jiġu eżaminati” – il-MIA

Aqra wkoll

Fi stqarrija aktar kmieni maħruġa mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ntqal li filwaqt li se jsir minn kollox biex l-esperjenza ta’ vjaġġaw għal dawk li se jaqsmu minn u lejn Malta matul dawn il-ġranet tkun waħda indimentikabbli, l-iscreening ta’ sigurtà jibqa’ prijorità.

Sabiex jiġi evitat dewmien mhux neċessarju, il-passiġġieri huma mfakkra li ma jistgħux iġorru kontenituri b’aktar minn 100 ml ta’ likwidi fil-bagalja tal-idejn għax dawn jistgħu jiġu kkonfiskati.

Barra minn hekk, wieħed għandu jżomm f’moħħu li rigali mgeżwrin li se jinġarru fl-istess bagalja x’aktarx ikollhom jinfetħu mill-uffiċjali tas-sigurtà sabiex jiġu eżaminati mill-qrib. Min jixtieq igeżwer ir-rigali l-ajruport, se jkun qed jiġi offrut dan is-servizz b’xejn kif wieħed joħroġ mill-ħanut tad-DUFRY.

Sport