Sunday, May 19, 2024

Paris SG jesprimu tħassib dwar l-irkupru ta’ Neymar minn injury fl-għaksa

Aqra wkoll

Paris Saint-Germain esprimew tħassib dwar l-irkupru ta’ Neymar minn injury fl-għaksa, u qed  jibżgħu li l-Brażiljan se jitlef il-partita tagħhom mir-round tal-aħħar 16 taċ-Champions League kontra Real Madrid.

Il-player ta’ 29 sena ilu barra mil-logħob mit-28 ta’ Novembru b’injury fl-għaksa, u l-huwa jista’ ma jkunx disponibbli għal Mauricio Pochettino għall-inqas għall-partita tal-ewwel leg kontra Los Blancos, li se tintlagħab fil-15 ta’ Frar li ġej.

Minn mindu ngħaqad mal-ġganti Franċiżi fl-2017, Neymar tħabat b’numru ta’ injuries.

Il-pronjosi oriġinali tal-injury tal-Brażiljan kienet agħar milli rriżulta li kienet iżda l-club xorta waħda kien stqarr li huwa kien lest għar-ritorn tiegħu fil-ħin għall-club tat-tieni leg fil-Bernabeu.

Neymar għadu ħerqan li jħaffef il-proċess ta’ rkupru tiegħu għall-injury attwali fl-għaksa sabiex ikollu sehem fl-ewwel leg, wara li qabel tilef il-logħob tan-knockout f’dik il-kompetizzjoni kontra Real Madrid u Manchester United.

Il-winger irnexxielu jiskorja tliet goals u jipprovdi tliet assists f’10 dehriet fil-Ligue 1 dan l-istaġun, iżda għadu ma sabx ix-xibka fiċ-Champions League matul dan l-istaġun.

Sport