Friday, December 13, 2024

Riħ aktar qawwi llejla u aktar kesħa lejn tmiem il-ġimgħa

Aqra wkoll

Riħ qawwi laqat diversi rħula fil-gżejjer Maltin u mistenni jkompli jitqawwa aktar tard illejla. Skont it-tbassir maħruġ mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta r-riħ mistenni jitqawwa minn forza sitta għal forza sebgħa fis-sigħat li ġejjin.

Ir-riħ mistenni jvarja bejn forza erbgħa u sitta matul il-jum ta’ għada sakemm jibqa’ madwar forza erbgħa sa tmiem il-ġimgħa u jitqawwa sa forza sitta t-Tnejn li ġej.

It-temperatura mistennija wkoll tinżel u dan hekk kif filwaqt li llum tinħass 16-il grad, mistennija tinżel għal 11-il grad sa tmiem il-ġimgħa. L-inqas temperatura mistennija tinħass il-Ħamis filgħaxija b’temperatura ta’ seba’ gradi.

It-temp mistenni jkun fil-biċċa l-kbira xemxi mingħajr xita sas-Sibt. Il-Ħadd mhux esklużi xi ħalbiet tax-xita.

Ekonomija

Sport