Saturday, May 4, 2024

Rikonoxxut talli ta l-ewwel għajnuna lil raġel li kien ferut serjament f’post li ma setax jintlaħaq faċilment

Aqra wkoll

It-Tabib Raymond Grixti ngħata l-Midalja għall-Qlubija wara li ddistingwa ruħu għall-azzjoni f’waqtha li permezz tagħha rnexxielu jagħti l-ewwel għajnuna lil individwu li kien ferut serjament f’post ostili li ma setax jintlaħaq faċilment.

Peress li l-ferut kien għadu ħaj u l-ħin kien kritiku ħafna għalih, it-Tabib Grixti oppona l-parir tas-Senior Medical Staff li jistennew l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) biex jgħinuhom huma jaslu fejn il-korrut. Grixti għalhekk ixxabbat u niżel ma’ ħajt tas-sejjieħ għoli sular u kellu jitgerbeb sular ieħor isfel għal ġol ħondoq. Minn hemm, Grixti kellu jgħaddi minn ħafna għollieq salvaġġ u qasab niexef sa ma wasal fejn il-korrut. 

Fil-proċess, Grixti wkoll witta’ t-triq u għen lis-Senior Medical Staff sabiex flimkien waslu u bdew jagħtu l-ewwel għajnuna medika lil korrut. F’din l-operazzjoni, it-tabib Grixti safa ferut b’diversi ġrieħi li għalihom kellu jiġi mdewwi aktar tard, wara li l-persuna korruta ġiet assistita u stabilizzata bl-ewwel għajnuna u ttieħdet lejn l-isptar.

Sport