Saturday, December 21, 2024

Rikonoxxuta ħidmet il-Moviment Hospice bl-għoti ta’ tagħmir elettroniku

Aqra wkoll

Il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal irrikonoxxa ħidmet il-Moviment Hospice bi preżentazzjoni ta’ tagħmir elettroniku biex ikompli jsaħħaħ u jimmassimizza xogħol il-professjonisti fil-komunità.

Dan ix-xogħol isir l-aktar ma’ pazjenti li jintlaqtu mill-marda tal-kanċer, kif ukoll billi jiġi offrut appoġġ emozzjonali lill-familjari ta’ dawn il-persuni, li wkoll ikunu għaddejjin minn żmien diffiċli.

Fi żjara li għamel fil-binja li se tospita St Michael’s Hospice, il-Ministru Michael Falzon ippreżenta għaxar laptops, filwaqt li fisser dan il-ġest bħala wieħed li jirrikonoxxi l-ħidma kbira li jwettaq il-Hospice. Il-Ministru Michael Falzon qal li dan il-Ministeru diġà għandu ftehim soċjali mal-Hospice sabiex jiffinanzja l-operat u t-tmexxija tiegħu.

Fil-fatt, dan il-ftehim ilaħħaq il-miljun ewro mifruxa fuq perjodu ta’ tliet snin. Dan bl-għan li jibqa’ jingħata l-aqwa servizz ta’ appoġġ psiko-soċjali għall-familji, u servizzi ta’ assistenza u kura professjonali.

Ekonomija

Sport