Thursday, April 18, 2024

Titħabbar it-18-il edizzjoni ta’ L-Istrina BOV Piggy Bank Campaign

Aqra wkoll

Tnediet it-18-il edizzjoni tal-Kampanja L-Istrina BOV Piggy Bank b’risq The Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF).

Għat-tieni sena konsekuttiva, l-edizzjoni ta’ din is-sena se tikkonsisti f’karusijiet magħmulin b’materjal riċiklat u li, għaldaqstant, inaqqas l-impatt negattiv fuq l-ambjent. It-tliet karusijiet b’disinji ġodda għandhom fuqhom tpenġijiet marbuta mat-tema ‘Infittxu dak li jgħaqqadna’, magħmula mit-tfal stess.

F’diskors tal-okkażjoni, il-President tkellem dwar l-importanza li “t-tfal jifhmu li fid-dinja mhux kollox hu ward u żahar u li jeżistu persuni vulnerabbli, u li rridu li t-tfal jitgħallmu li jridu jagħmlu xi ħaġa biex jgħinuhom.”

Il-President Vella żied jirringrazzja lil kull min hu involut f’din il-kampanja u ħeġġeġ lill-istudenti biex jagħtu s-sehem tagħhom b’dan l-għan f’moħħhom.

Preżenti għat-tnedija flimkien mal-President George Vella kien hemm is-Sinjura Miriam Vella, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Frank Fabri u Charles Azzopardi, Uffiċjal tar-Relazzjonijiet Pubbliċi tal-BOV.

Filwaqt li din is-sena s-Sinjura Vella mhux se tkun qed iżżur l-iskejjel, hija se tkun qed tiltaqa’ ma’ għadd ta’ tfal minn skejjel differenti fil-Kitchen Garden.

Ekonomija

Sport