Monday, December 23, 2024

Ritorn fl-Italja għal Jorginho?

Aqra wkoll

L-aġent tal-midfielder ta’ Chelsea Jorginho, Joao Santos, ssuġġerixxa li l-klijent tiegħu jinsab interessat li jirritorna jilgħab l-Italja.

Wara staġun ta ‘suċċess enormi 2020-21 għall-club u l-pajjiż – bir-rebħ taċ-Champions League ma’ Chelsea u l-glorja tal-Euro 2020 mal-Italja – il-player ta’ 29 sena ġie ppremjat għall-wirjiet tiegħu fil-ground billi ġie magħżul bħala l-Player tas-Sena tal-UEFA.

Jorginho, li wkoll jisnab favorit biex jirbaħ il-Ballun tad-Deheb, fadallu sentejn fil-kuntratt tiegħu fi Stamford Bridge iżda l-aġent tiegħu jemmen li l-midfielder se jikkunsidra ritorn fis-Serie A fil-futur qrib.

“Ovvjament, iva. Meta tirbaħ Kampjonat Ewropew mal-Italja, il-pass li jmiss jista’ jkun li tilgħab fl-Italja. Imma kollox jista’ jinbidel fi żmien qasir,” qal Joao Santos.

“Huwa għandu kuntratt ta’ sentejn ma’ Chelsea. Bħala filosofija, il-club iġedded il-kuntratti meta jkun għad fadal sena għal tmiem il-kuntratt. Naraw x’jiġri s-sena d-dieħla.”

Santos ikkonferma wkoll li ‘bosta clubs Ewropej’ huma interessati f’Jorginho, inklużi l-ġganti Taljani, Juventus.

Jorginho għamel 144 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għal Chelsea minn meta ngħaqad magħhom mingħand Napoli fl-2018, fejn skorja 17-il goal u pprovda erba’ assists.

Ekonomija

Sport