Ritratti: ALAN SALIBA
Fl-aħħar sigħat, il-gżejjer Maltin intlaqtu minn diversi maltempati. Kawża tax-xita qawwija li. niżlet f’xi inħawi għadd ta’ toroq sfaw mgħarrqin, b’karozzi weqfin fihom. Każ partikolari kien fit-triq li mis-Swieqi tieħu lejn Pembroke.
Hu mistenni aktar maltemp fil-jiem li ġejjin. Infatti skont it-tbassir tat-temp maħruġ mill-uffiċju meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta l-ħalbiet tax-xita mistennija jkomplu sal-Erbgħa; bil-lum u għada mistennija wkoll maltempati bir-ragħad, il-Ħamis it-temp ikun imsaħħab sakemm il-Ġimgħa nerġgħu naraw ġurnata xemxija.




