Anzjana ta’ 74 sena hija il-vittma ta’ nirien li ħakmu residenza fi Triq San Patrizju r-Rabat.

Il-Pulizija ġiet infurmata aktar kmieni għall-ħabta tas-5:45 a.m li fl-imsemmija triq kienu tkebbsu xi nirien. Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien u sfortunatament sabu lill-anzjana mitlufa minn sensiha. Il-mara ġiet iċċertifikata mejta fil-post.

Dwar dan il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.