Monday, December 23, 2024

Ritratti tas-satellita juru bastimenti Russi jieħdu l-qamħ mill-Krimea lejn is-Sirja

Aqra wkoll

Il-kumpanija Amerikana Maxar, li tipprovdi ritratti mis-satelliti, qalet li bastimenti Russi qegħdin iġorru l-qamħ maħsud l-istaġun li għadda mill-Ukrajna lejn is-Sirja. Maxar ippubblikat ritratti ta’ bastiment kbir tal-merkanzija Russu sorġut fil-belt port ta’ Sevastopol ġewwa l-Krimea u hemm jidher li qiegħed jiġi mgħobbi bil-qamħ. Jiem wara, Maxar interċettat l-istess vapur sorġut ġewwa s-Sirja u kien jidher kju twil ta’ trakki­jiet lesti biex iħottu l-qamħ. Is-Sirja u r-Russja huma alleati kbar.

L-istess kumpanija qalet li ritratti oħrajn li ħadet f’Ġunju juru bastiment ieħor jiġi mgħobbi bil-qamħ minn Sevastopol. Min-naħa tagħha l-Ukrajna qiegħda takkuża lir-Russja b’serq ta’ qamħ minn territorju li Moska okkupat meta bdiet l-invażjoni fi Frar li għadda. Din il-gwerra qiegħda toħloq riskju kbir ta’ nuqqas ta’ ikel hekk kif ir-Russja u l-Ukrajna jesportaw madwar 29% tal-qamħ globali. 

Ekonomija

Sport