Sunday, November 24, 2024

Riżultat li xejn ma kkuntenta lil Valletta

Aqra wkoll

Hibernians ……2

Valletta .……….2

F’konfront missielet, Hibernians u Valletta temmew fi draw ta’ 2-2 li jista’ jkun detrimentali għall-Beltin li jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni … ħames punti taħt Santa Lucia hekk kif fadal tliet partiti għat-tmiem.

Kienu l-Pawlisti li ħarġu fuq l-offensiva u wara tliet minuti, De Soua Silva avvanza tajjeb u kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm ftit barra.

Man-nofs siegħa logħob Hibernians resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Rodney Antwi dar mal-goalkeeper tal-Lilywhites, Alessandro Guarnone, iżda x-xutt tiegħu kien wieħed fraġli biex l-is­tess  Guarnone salva tajjeb.

Erba’ minuti wara, Valletta marru fil-vantaġġ meta BRANDON PAIBER venven xutt fil-baxx mid-distanza li ħasad għal kollox lill-goalkeeper Ibrahim Kone.

Fl-40 minuta Paiber għadda lejn Jake Azzopardi li pprova jqabbeż il-ballun minn fuq Kone li iżda salva tajjeb f’żewġ tentattivi.

Fil-55 minuta, Hibernians kisbu d-draw meta Da Silva Souza għadda tajjeb lejn Kurt Shaw li min-naħa tiegħu serva lil RODNEY ANTWI li xeħet fix-xibka.

Fis-60 minuta De Souza Silva avvanza tajjeb, ipprova jgħaddi l-ballun lejn Rodney Antwi iżda d-difiża Beltija interċettat fil-ħin.

Tliet minuti biss wara Valletta reġgħu skorjaw meta DAVID GARBA ħasad għal kollox bil-goalkeeper Pawlist b’xutt minn barra l-kaxxa.

Fit-78 minuta Valletta qal­għu daqqa ta’ ħarta meta spiċċaw jilagħbu b’10 players meta Juan Ramires Bolanos intwera t-tieni karta safra.

Il-partita kienet altru milli magħluqa għax proprju fit-88 minuta Hibernians għamlu l-iskor indaqs meta Ferdinando Apap niżżel il-ballun lejn il-captain JURGEN DEGABRIELE li permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa għe­leb għal kollox lil Guarnone biex xeħet lill-partitarji tat-team tiegħu f’dellirju ta’ ferħ … waqt min-naħa l-oħra deher id-diżappunt Belti għaż-żewġ punti falluti.

HIBERNIANS: 24-Ibrahim Kone, 3-Ferdinando Apap, 5-Kurt Shaw, 6-Lucas Caruana (11-Bjorn Kristensen 64), 10-Jurgen Degabriele, 21-Alex Bruno De Souza Silva (17-Isaiah Chukunyere 77), 22-Gabriel Artiles (20-Artem Radchenko 77), 23-Claudio Bonanni (7-Ayrton Attard 94), 25-Mamadou Bagayoko (8-Robert Bairam 64), 77-Rodney Antwi, 99-Higor Gabriel Fernandes Alves   – Coach: Branko Nisevic

VALLETTA: 26-Alessandro Guarnone, 3-Juan Ramires Bolanos, 8-Fernando Omar Barrientos 23-(Milan Jezdimirovic 69), 11-Goncalo Braganca De Oliveira Vieira, 13-Jake Azzopardi, 15-Keyon Ewurum (14-Christian Gauci 69), 20-Federico Falcone, 22-Brandon Paiber (9-Adrian Santiago Ferarris 84), 30-Victor Luiz Prestes Filho, 80-Alfred Silas, 88-David Garba (66-Neil Anthony Micallef 80)   – Coach: Juan Cruz Gill

REFEREE: Slobodan Petrovic

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, James Muscat

RABA’ UFF: Malcolm Spiteri

SKORERS: R. Antwi 56, J. Degabriele 88 (H), B. Paiber 34, D. Garba 64 (V)

AMMONITI:  J. Degabriele, C. Boannni, R. Antwi (H), J. Ramieres Bolanos (V)

TKEĊĊA:  J. Bolanos 78 (V)

Sport