Sunday, December 22, 2024

Riżultat ta’ draw li ma kkuntenta lil ħadd

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Sliema W. ……….0

Birkirkara ………0

Birkirkara u Sliema Wanderers temmew fi draw ta’ 0-0 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd … l-Istripes biex iżommu l-pass mal-ewwel żewġ timijiet u l-Blues fit-tentattiv li jsalvaw mill-għarqa hekk kif jinsabu ferm qrib li jitilfu l-profil tagħhom fl-ogħla diviżjoni.

Wara bidu bilanċjat, l-ewwel attakk wasal fit-12-il minuta min-naħa ta’ Birkirkara meta Felipe Ma­cedo kellu  xutt b’saħħtu li gie salvat mill-goalkeeper debuttant Ra­shed Al-Tumi.

Minkejja li Birkirkara kienu kemmxejn aħjar mill- avversarji kellhom jistennew sat-30 minuta biex reġgħu heddew permezz ta’ free-kick insidjuż ta’  Diego Venancio li  għadda jħakkek mal-mimduda.

Il-Wanderers irrispondew żewġ minuti biss wara meta Martin Davis, għalkemm ostakolat, irnexxielu javvanza fil-kaxxa iżda l-cross tiegħu kien wisq b’saħħtu biex ħadd mill-players sħabu ma rnexxielu jagħ­mel kuntatt mal-ballun li finalment intemm fi throw-in għal Birkirkara.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara, ħarġu ferm aggressivi u fl-54 minuta Lean­dro Aguirre kellu freekick perikoluż li minnu iżda Kurt Zammit ma rnexxielux jagħmel kuntatt mal-ballun, b’Rashed Al-Tumi jinterċetta fil-ħin. Fid-69 minuta, Leandro Aguirre kellu xutt minn barra l-kaxxa li ħareġ l-aħjar ta’ Rashed Al Tumi li dawwar f’corner biex salva goal ċert.

Il-partita kompliet tiżvolġi b’ritmu kajman, biż-żewġ timijiet jonqsu milli jkunu avventurużi.

Fit-86 minuta, Jean Paul Farrugia pprova jittanta xortih minn tarf il-kaxxa iżda falla kompletament il-mira.

Fid-90 minuta, kien imiss lid-difensur Karkariż, Ryan Scicluna li kkonkluda għoli biex din kienet l-aħħar az­zjo­ni ta’ konfront diżappuntanti.

SLIEMA W.: 22-Rashed Al Tumi, 3-Juan Pablo Moarles Rengifo, 4-Raffaele Schiavi, 6-Gabriel Aquilina, 7-John Mintoff (9-Omar Elouni 80), 8-Mark Scerri, 21-Danny Holla (10-Inters Gui 73), 23-Matteo Piciollo, 29-Oscar Linton Bethancourt, 72-Jean Carlos Cloth Goncalves (30-Jean Paul Farrugia 73), 91-Martin Davis (19-Jake Engerer 80)   – Coach: Noel Turner

BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 6-Yannick Yankam (10-Paul Mbong 82), 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (16-Jed Valletta 72), 21-Ryan Scicluna, 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 70-Jeferson Macedo (30-Kilian Bevis 72), 77-Diego Venancio   – Coach: Andre Paus

REFEREE: Emanuel Grech

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Duncan Spencer

RABA’ UFF:  Matthew Degabriele

SKORERS:  Ħadd

AMMONITI: J. P. Morales Rengifo, G. Aquilina, M. Scerri, O. L. Bethancourt, O. Elouni (S), R. Scicluna (B)

Ekonomija

Sport