Tuesday, May 14, 2024

Isofri ġrieħi serji wara li ħabat waqt li kien qed iqassam l-ikel fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur indarab serjament wara ħabta fiż-Żejtun. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.45pm fi Triq il-President Anton Buttigieg.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Honda 600 Hornet, misjuq minn raġel Bulgaru ta’ 38 sena, u Mitsubishi L200, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti iż-Żejtun.

Is-sewwieq tal-vann u l-mara li kienet passiġġiera miegħu ma weġġgħux f’dan l-inċident.

Fil-post marru l-Pulizija, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku minn Mater Dei, li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar b’ambulanza.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Yana Micallef Straface li ħatret numru ta’ esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ dan l-inċident.

Sport