Saturday, December 21, 2024

Robert Abela b’appoġġ ta’ 21% aktar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Dan l-istħarriġ wera wkoll li l-Prim Ministru u mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela għandu appoġġ ta’ 21.2% fuq l-avversarju politiku tiegħu, Bernard Grech. Għall-mistoqsija ‘Liema mexxej politiku jippreferu li jkun il-Prim Ministru ta’ Malta?’, 44.8% wieġbu Robert Abela u 23.6% wieġbu Bernard Grech. 12.8% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 7.4% wieġbu li ma jafux u 11.4% qalu oħrajn.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 77.6% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 0.9% wieġbu Bernard Grech, 7.0% wieġbu oħrajn, 5.4% huma indeċiżi, 9.1% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 58.3% qalu li jafdaw lil Bernard Grech, 3.3% qalu li Robert Abela, 15.3% wieġbu oħrajn, 8.7% rrifjutaw li jwieġbu jew huma indeċiżi, 14.4% qalu li ma jafdaw lil ħadd.

F’kummenti mat-TORĊA, Dott. Marmarà qal li meta wieħed iħares lejn diversi surveys li saru fl-aħħar 20 sena, wieħed jinnota li n-nies li qed jesprimu li huma indeċiżi x’ser jagħmlu bil-vot fil-bidu ta’ kampanja elettorali huwa wieħed mill-aktar għoli. Fakkar li kif dejjem saħaq diversi drabi f’kampanji elettorali preċedenti, il-voti indeċiżi jikkanċellaw wieħed mal-ieħor waqt kampanja elettorali.

Qal li fattur importanti li jrid jittieħed fil-konsiderazzjoni tal-analiżi huma l-influwenzi li jista’ jkollhom avvenimenti straordinarji li jseħħu matul kampanja elettorali, liema kampanja ma tidhirx li ser tkun nieqsa minnhom – almenu l-bidu tagħha żgur li ma kienx nieqes mill-kontroversja.

“Dawn iż-żewġ fatturi f’din l-elezzjoni huma kruċjali għar-riżultat finali u huwa proprju għalhekk li din l-elezzjoni toffri sfida akbar fl-analiżi tagħha. Minkejja dan, ser inkompli napplika l-mudelli xjentifiċi tiegħi biex naċċerta li nkompli nwasslilkom riżultat qrib il-fatti preżenti,” qal Dott. Marmarà.

Ekonomija

Sport