Monday, December 23, 2024

Robert Abela b’fiduċja akbar minn Bernard Grech

Aqra wkoll

Skont stħarriġ tal-opinjoni pubblika li ġie ppubblikat fil-MaltaToday, jidher li l-Prim Ministru reġa’ kabbar il-vantaġġ ta’ fiduċja tiegħu mill-elettorat.

L-istħarriġ jgħid li l-fiduċja bejn iż-żewġ mexxejja hija ta’ 11.6%. Dan ifisser li mill-aħħar stħarriġ il-Prim Ministru żied 3% filwaqt li Bernard Grech naqqas 0.6%.

Il-Prim Ministru igawdi minn fiduċja ogħla mill-Kap Nazzjonalista fost in-nisa u l-irġiel, u fost kull faxxa ta’ età.

Meta wieħed jara l-Partit… il-Partit Laburista ra żieda fil-fiduċja meta tqabbel dan l-istħarriġ ma’ dak li sar fi Frar. Fil-fatt, bħalissa l-Partit Laburista qed igawdi fiduċja ta’ 33.1%. Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista jgawdi fiduċja ta’ 28.7%.

Ekonomija

Sport