Monday, May 13, 2024

Robert Abela b’kważi appoġġ doppju fuq Bernard Grech

Aqra wkoll

Meta applikata l-Multiple Imputation Technique, il-mexxej Laburista Robert Abela huwa fdat 20.9% iżjed minn Bernard Grech. Għal mistoqsija ‘Liema mexxej politiku tippreferi li jkun Prim Ministru ta’ Malta?’, 44.2% tal-elettorat jagħżel lil Robert Abela, 23.3% wieġbu Bernard Grech. Fl-istess waqt 10.8% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 12.9% wieġbu ma jafux u 8.8% qalu li jafdaw mexxejja oħra.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Laburista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 78.3% qalu li jafdaw l-aktar lil Robert Abela, 1.3% wieġbu Bernard Grech, 9.8% qalu li ma jafdaw lil ħadd, 6.4% qalu li oħrajn, 3.0% wieġbu li ma jafux, 1.2% għażlu li ma jweġbux.

Fost il-votanti li vvutaw lill-Partit Nazzjonalista fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2022, 61.1% wieġbu li jafdaw lil Bernard Grech, 1.1% issa jagħżlu lil Robert Abela, 9.2% wieġbu li ma jafdaw lil ħadd, 11.9% jagħżlu oħrajn, 11.4% wieġbu ma jafux u 5.3% għażlu li ma jweġbux.

Sport