Fl-aħħar jiem id-Deputat Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo kien iddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Internsiva fl-Isptar Mater Dei.
Intat wara li fl-aħħar sigħat ħarġu rapporti li jindikaw li Arrigo kien beda juri progress f’saħħtu, fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ntqal li huwa ħareġ mill-ITU u li kien ġie trasferit f’sala oħra għal aktar kura.
Intqal li Arrigo jixtieq jirringrazzja lill-professjonisti kollha inklużi t-tobba, l-infermiera u staff ieħor fl-ITU għall-ħidma tagħhom.
Huwa rringrazzja wkoll lil dawk kollha li wrew is-sapport tagħhom f’dan il-perjodu diffiċli.