Saturday, May 4, 2024

Robert Cutajar minflok Karol Aquilina bħala Segretarju tal-grupp Parlamentari tal-PN

Aqra wkoll

F’laqgħa tal-Grupp Parlamentari li saret it-Tlieta filgħaxija, Robert Cutajar ġie magħżul bħala s-Segretarju tal-grupp Parlamentari.

Fl-istess laqgħa l-grupp Parlamentari għażel ukoll it-tlettax-il rappreżentant tiegħu sabiex ikunu r-rappreżentanti bil-vot fil-kumitat eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.

It-tlettax-il membru huma kif ġej: Darren Carabott, Jerome Caruana Cilia, Julie Zahra, Janice Chetcuti, Ian Vassallo, Ivan Castillo, Ryan Callus, Alex Borg, Rebekah Cilia, Karol Aquilina, Paula Mifsud Bonnici u Ivan Bartolo. Charles Azzopardi u Graziella Galea se jkunu qed jaqsmu t-terminu bejniethom minħabba li ġabu l-istess ammont ta’ voti.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jirringrazzja lil Karol Aquilina li serva bħala Segretarju tal-Grupp fl-aħħar snin. Jirringrazzja wkoll lid-deputati li servew lill-Pajjiż u lill-Partit fl-aħħar leġiżlatura.

Il-proċess fi ħdan il-Partit Nazzjonalista issa jkompli wkoll b’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv li eventwalment issejjaħ Kunsill Ġenerali aktar tard dan ix-xahar.

Sport