Chelsea ingħaqdu fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski, matul is-suq tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.
Il-Blues bħalissa jisnabu f’negozjati ma’ Inter dwar Romelu Lukaku, li huwa mistenni li jerġa’ jingħaqad man-Nerazzurri b’self għall-istaġun 2022-23.
Minħabba f’hekk, it-team immexxi minn Thomas Tuchel x’aktarx li jidħol fis-suq għal attakkant ieħor dan is-sajf, u huwa mifhum li Lewandowski qed jitqies bħala mira primarja minħabba s-sitwazzjoni tiegħu ma’ Bayern Munich.