Sunday, May 19, 2024

Protesti fl-Indja wara l-introduzzjoni ta’ sistema ġdida ta’ reklutaġġ fl-armata

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat komplew jissoktaw id-dimostrazzjonijiet fl-Indja min­ħabba l-proċess il-ġdid ta’ reklutaġġ fl-armata introdott mill-gvern tal-Prim Ministru Narendra Modi. Fl-aħħar dimostrazzjonjiet, dawk li niżlu jipprotestaw tefgħu ġebel lejn il-pulizija u anke taw in-nar lil ferrovija. 

Dawn id-dimostrazzjo­ni­jiet żvolġew hekk kif kmieni din il-ġimgħa l-Gvern Indjan qal li se tkun qiegħda ssir riforma fl-armata fejn dawk ingaġġati se jkunu fuq kuntratt ta’ erba’ snin biss. Dan se jsir bil-għan li l-età medja tal-armata tonqos. Din il-miżura xejn ma niżlet tajjeb ma’ dawk li għandhom ix-xewqa li jissieħbu fl-armata fejn dawn qed jgħidu li jeħtieġ li jkun hemm kuntratti ferm itwal minn erba’ snin. Apparti hekk, il-partiti tal-oppożizzjoni qalu li din il-miżura se żżid il-qgħad f’pajjiż li diġà għandu problema. 

Is-sistema l-ġdida ta’ rek­lutaġġ ingħatat l-isem ta’ Agnipath u l-għan huwa li tingaġġa nisa u rġiel bejn l-etajiet ta’ 17-il sena u nofs u 21 sena għal perjodu ta’ erba’ snin. Apparti hekk, kwart biss minn dawk ingaġġati se jkunu qed jinżammu għal perjodu itwal minn erba’ snin. Qabel din il-miżura, dawk ingaġġati fl-armata kienu tipikament iservu għal perjodu ta’ 17-il sena – dan fl-iktar gradi baxxi tal-armata.

Sport