Saturday, September 7, 2024

Robert Lewandowski: Ir-referees Spanjoli qatlu l-logħob offensiv

Aqra wkoll

L-attakkant veteran Pollakk Robert Lewandowski kien qed jitkellem ma’ stazzjon tat-televiżjoni sportiv fejn qal li r-referees Spanjoli li qed jikkontrollaw il-logħbiet tal-La Liga qed jikkundizzjonaw il-logħob.

Lewandowski, li jinsab fit-tieni sena jilgħab fil-Katalunja, qal li l-logħob fi Spanja mhux daqstant attraenti u ftit hemm logħob offensiv, xi ħaġa li kienet karatteristika ta’ dan il-kampjonat.

Hu qal li azzjoni offensiva tiġi mwaqqfa mir-referees meta jkun hemm foul li ma jkunx daqshekk serju.

Lewandowski għandu 35 sena, lagħab 37 partita ma’ Barcellona u skorja 24 gowl. 

Ekonomija

Sport