Friday, July 26, 2024

Sevilla jakkwistaw lil Mariano Diaz

Aqra wkoll

Ir-rebbieħa tal-UEFA Europa League tal-istaġun li għadda Sevilla għadhom kemm akkwistaw is-servizzi tal-attakkant Mariano Diaz. Dan tal-aħħar kien bla klabb wara li spiċċalu l-kuntratt ma’ Real Madrid.

F’dawn l-aħħar jiem, l-aġent tal-plejer kien f’kuntatt dirett mad-diriġenti minn Andalucia sabiex Diaz sar plejer tagħhom. Hu se jilbes il-flokk numru 12.

Mariano Diaz għandu 30 sena u hu mir-Repubblika Dominikana.

Ekonomija

Sport