L-attakkant internazzjonali Pollakk ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski, ħabbar li jrid jingħaqad ma’ Barcelona minkejja li qed jiġi segwit minn clubs oħra.
Minkejja li l-kuntratt tiegħu jintemm f’Ġunju 2023, huwa ma jridx jibqa’ maċ-champions Ġermaniżi minkejja li dawn għamlu dak kollu fil-poter tagħhom biex jibqa’ jilgħab fl-Allianz Arena. U l-fatt li fadallu staġun ieħor magħhom, il-Bavarjani huma kostretti li jbiegħuh għax inkella jitlaq b’xejn meta jintemmlu l-kuntratt.
Lewandowski sostna li huwa diġá ltaqa’ mal-coach tal-Katalani, Xavi Hernandez, u għaldaqstant qed jikkonċentra biss li jingħaqad ma’ Barcelona.
Ma’ Bayern Munich huwa lagħab 253 partita li fihom skorja 238 goal.