Wednesday, April 24, 2024

Roberta Metsola fost il-kandidati għall-post tal-President tal-PE

Aqra wkoll

Roberta Metsola, Alice Kuhnke, Kosma Złotowski u Sira Rego huma l-kandidati għall-kariga ta’ President tal-Parlament għat-tieni nofs tal-leġiżlatura 2019–2024.

Il-Viċi President tal-Parlament Pedro Silva Pereira (S&D, PT) ħabbar l-erba’ ismijiet lill-plenarja tat-Tnejn filgħaxija, ladarba ngħalqet l-iskadenza għall-ewwel round ta’ votazzjoni.

Roberta Metsola (PPE, MT), Alice Kuhnke  (Verts/ALE, SE), Kosma Złotowski  (ECR, PL) u Sira Rego (The Left, ES) se jagħmlu preżentazzjonijiet qosra dalgħodu fid-9.00a.m., immedjatament qabel l-ewwel round ta’ votazzjoni, li ser isir bejn id-9.30a.m. u l-10.15a.m., bir-riżultat imħabbar fil-11.00a.m.

Il-kandidaturi jitressqu minn grupp politiku jew minn grupp ta’ MPE li jilħqu l-hekk imsejjaħ limitu baxx, jiġifieri 1/20 tal-Membri tal-PE, jew 36 mis-705 Membri meta jimtlew is-siġġijiet kollha. Kandidati jistgħu jiġu proposti, jew irtirati, qabel kull round ta’ votazzjoni.

Biex jiġi elett bħala l-President tal-PE, il-kandidat rebbieħ jeħtieġ li jirbaħ maġġoranza assoluta tal-voti validi, mitfugħa b’vot sigriet, jiġifieri 50% u wieħed. Minħabba l-pandemija, il-votazzjoni se ssir mill-bogħod. Jekk wara tliet rounds, l-ebda kandidat ma jkun irnexxa jikseb din il-maġġoranza, iż-żewġ kandidati bl-aktar voti fit-tielet round jipproċedu għar-raba’ u l-aħħar votazzjoni, li fiha jiġi elett il-kandidat bl-aktar voti.

Ir-riżultat tat-tieni round ta’ votazzjoni potenzjali jitħabbar fil-plenarja fis-13.00; fl-16.30 jekk ikun hemm it-tielet round, u fis-18.30 jekk ir-raba’ round ikun meħtieġ. Segwi @EuroparlPress fuq Twitter għall-aġġornamenti.

Il-President il-ġdid jista’ mbagħad jagħti diskors ta’ ftuħ qabel ma jippresiedi l-elezzjoni tal-bqija tal-membri tal-Bureau tal-Parlament (it-Tlieta u l-Erbgħa).

Sport