Thursday, March 28, 2024

Jagħtu €9,000 lil Puttinu wara li binthom qalbet għall-aħjar

Aqra wkoll

Koppja Maltija għażlet li taqsam ftit mill-ferħ tagħhom ma’ dawk l-aktar fil-bżonn billi taw għotja sabiħa ta’ €9,000 lil Puttinu Cares.

Miriana u Jean ngħataw l-isbaħ rigal mat-twelid ta’ tarbija prematura. It-tarbija; li twieldet ta’ 33 ġimgħa, żviluppat xi kumplikazzjonijiet u b’hekk il-ġenituri kienu qegħdin iħejju biex isifruha. Huma bdew attività ta’ ġbir u ħafna persuni taw il-kontribut tagħhom b’ġenerożità maċ-ċkejkna.

Issa li t-tarbija tagħhom qalbet għall-aħjar, il-koppja għażlu li l-aħjar ringrazzjament ikun dak li jaqsmu minn dak li ġie provdut lilhom u b’hekk ippreżentaw din l-għotja sabiħa biex tfal oħra jkunu jistgħu jiġu megħjuna.

Ekonomija

Sport