B’Liverpool jinsabu fi kriżi kbira il-pressjoni fuq il-coach, Jurgen Klopp, qiegħda dejjem tikber.
Għalissa, il-pożizzjoni tiegħu hija waħda tenibbli peró r-Reds jinsabu għaxar punti ‘l bogħod mill-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League.
Il-fatt li fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar naqsu milli jindirizzaw il-problema tas-settur ta’ nofs il-ground aktar se jagħmel l-affarijiet diffiċli minħabba li l-iskwadra mhijiex twila biżżejjed filwaqt li għandhom xejn inqas minn seba’ players imweġġgħin.
F’każ li Klopp jitlef postu, qed jingħad li teżisti possibbiltá kbira li s-suċċessur tiegħu jkun it-Taljan, Roberto De Zerbi, li jinsab fit-responsabbiltá ta’ Brighton.