Thursday, April 18, 2024

Roberto Firmino jrid jibqa’ ma’ Liverpool

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Liverpool, Roberto Firmino, ħabbar ix-xewqa tiegħu li jibqa’ fuq il-kotba tar-Reds fost spekulazzjonijiet li jista’ jingħaqad ma’ Juventus.

L-internazzjonali Brażiljan daħal fl-aħħar sena tal-ftehim tiegħu mat-team immexxi minn Jurgen Klopp, li jinsab f’riskju li jitilfu bi free transfer fl-2023 kif inhuma l-affarijiet.

Kien hemm diskors li Liverpool potenzjalment setgħu joffru lil Firmino iċ-ċans li jestendi l-esperjenza tiegħu f’Merseyside, iżda għadu jrid jiffirma termini ġodda f’Anfield.

Ekonomija

Sport