It-tim nazzjonali Taljan immexxi minn Roberto Mancini kellu l-ewwel sessjoni ta’ taħriġ f’Coverciano qabel it-test doppju li għandu kontra l-Albanija nhar l-Erbgħa u kontra l-Awstrija nhar il-Ħadd,kollha partiti ta’ ħbiberija.
Hu kien qiegħed ukoll jinawgura ktieb miktub minn żewġ ġurnalisti Taljani Andrea Santoni u Gianni Marchesini bl-isem ta’ “Allenatori d’Italia”.
Dan il-ktieb jitkellem dwar diversi kowċis Taljani li għamlu isem f’dawn l-aħħar snin. F’kumment li ta, Mancini qal li l-kowċis Taljani huma l-aqwa fid-dinja għat-tattika li jħaddnu. Hu faħħar lil dawn iż-żewġ ġurnalisti tar-riċerka li għamlu.