Friday, December 13, 2024

Rodney Gatt se jirrappreżenta lil Malta fi Franza

Aqra wkoll

Illum Rodney Gatt ser ikun qiegħed jirrapreżenta lil-pajjiżna fis-16-il edizzjoni tall-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais organizzat mis- Societe du Trotteur Francais ġewwa l-korsa ta’ Vincennes, f’Pariġi Franza.

L-assoċċjazzjoni Franċiża iżżom l-impenn tagħha ta’ kull sena b’din l-istedina lill-pajjiżi illi magħhom tikkollabora fit-tiġrijiet taż-żwiemel.

Din is-sena, flimkien mal-pajjiżi ġirien Ewropej bħall-Ġermanja, l-Awstrija, il-Belġju, il-Gran Brittanja, l-Irlanda, l-Olanda, il-Polonja, il-Litwanja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, is-Serbja, is-Slovenja, l-Isvizzera u l-Ukrajna, wieħed jinnota wkoll il-preżenza ta’ l-Alġerija u ċ-Ċina.

Bla dubju ta’ xejn, l-avveniment prinċipali ta’ din l-istedina jkun dejjem il-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais. Tiġrija li fiha jsuqu s-sewwieqa tal-pajjiżi mistiedna, il-Prix des Rencontres Internationals du Trotteur Francais tinġera bħal dejjem f’format ‘reclamer’ fejn żwiemel parteċipanti huma rkantati wara it-tiġrija bi prezz bażi ta’ 18-il elf euro.

Din it-tiġrija ser tkun is-seba’ waħda fil-programm ta’ tiġrijiet tal-lejla ġewwa l-korsa ta’ Vincennes u tkun tista’ tiġi segwita live fuq l-istazzjon Equidia fid-9:44pm.

Il-polza abbinat lir-rappreżentant Malti Rodney Gatt maż-żiemel Franċiż ta’ tmin snin Gowen Chaleonnais li ser jibda bin-numru erbatax. Dan huwa żiemel imħarreġ mis-Sa. G. Masschaele għall-propjetarja Belġjana s-Sa.
Marine Ver Hulst.

Fl-okkażjoni ta’ din il-laqgħa, is-Societe du Trotteur Francais torganizza wkoll ċerimonja ta’premjazzjoni għall-aqwa żwiemel Franċiżi fil-pajjiżi kollha assoċjati.

Din is-sena, Crack Money se jingħata l-premju ta’ l-Aqwa Żiemel tat-Trott Franċiż f’Malta għas-sena 2023 wara li għalaq s-sena b’10 rebħiet u darbtejn fit-tieni post fit-12-il tiġrija li ġera. Is-sid Stephen Ciangura se jkun preżenti għaċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni.

Il-Viċi Chairman tall-Malta Racing Club, Tony Demanuele, ukoll ser ikun qiegħed jattendi l-laqgħa għad-diriġenti. L-Malta Racing Club jibqa` kommess li jassigura relazzjoni tajba mas-soċjeta Franċiza tat-trott, li finalment tibqa’ waħda mill-akbar kontributuri lejn l-isport ġewwa pajjiżna bi sponsorizazzjoni b’saħħita sena wara l-oħra.

Ekonomija

Sport