Saturday, December 21, 2024

Roma jirbħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League

Aqra wkoll

ROMA …………….1

FEYENOORD ….. 0

Roma rebħu l-ewwel edizzjoni tal-UEFA Conference League meta fil-finali għelbu lil Feyenoord 1-0 grazzi għal goal ta’ Nicoló Zaniolo wara nofs siegħa logħob. 

Barra minn hekk, il-coach tagħhom José Mourinho, sar l-ewwel wieħed li rebaħ il-UEFA Champions League (ma’ Porto u Inter), il-UEFA Europa League (ma’ Manchester United) u l-UEFA Confernce League. 

Din il-finali ntlagħbet fin-National Arena ta’ Tirana, fl-Albanija, fi sħana tremenda bit-temperatura tkun 30C.

Il-bidu kien wieħed ferm kwiet fejn Feyenoord niżlu bi pjan difensiv biex ma jħallux lill-players avversarji jimmanuvraw. 

Infatti assistejna għal ħafna logħob monotonu f’nofs il-ground biż-żewġ goalkeepers rispettivi rari kienu mpenjati.

Madankollu, proprju fl- ewwel attakk denju li wasal fit-32 minuta, Roma fetħu l-iskor meta mill-cross fit-tul ta’ Gianluca Mancini, id-di­fensur ta’ Feyenoord, Gernot Trau­ner, naqas li jinnewtra­lizza biex il-ballun wasal għand Nicoló Zaniolo li kkontrolla b’sidru u antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper, Justin Bijlow, billi rtokka l-ballun għal ġox-xibka. 

Ir-reazzjoni tal-Olandiżi waslet fil-41 minuta iżda x-xutt ta’ Orkun Kokcu kien wisq ċentrali. 

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Feyenoord ħarġu aktar aggressivi u proprju fis-47 minuta kienu sfortunati meta minn azzjoni ta’ corner, Trau­ner ġie mċaħħad minn sieq il-lasta. 

Tliet minuti wara, kellu jkun il-goalkeeper Rui Patricio li megħjun mill-mimduda, salva x-xutt ta’ Tyrell Malacia.

Kien bidu li ħasad kemm­xejn lil Roma iżda mal-ħin bdew jissetiljaw u fetħu pressjoni  biex fit-72 minuta resqu ferm viċin minn Jordan Veretout, li iżda sab lil Bijlow attent. 

Ħames minuti mit-tmiem Roma reġgħu heddew fejn Bijlow reġa’ kien providenzjali għall-Olandiżi meta sal­va t-tentattiv bi tbatija ta’ Lorenzo Pellegrini. 

L-aħħar sforzi waslu minn Feyenoord iżda Roma rreżistew sat-tmiem. 

Ekonomija

Sport