Tuesday, April 30, 2024

Mas-70 sewwieq fl-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-kwart ta’ mil

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Madwar 70 sewwieq ħadu sehem fl-ewwel round tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Kwart ta mil, li ġie organizzat fit-trakka ta Ħal Far mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing bejn il-Ġimgħa 20 u il-Ħadd. Diversi klassijiet minn karozzi, dragsters u saħansitra muturi.

Matthias Caruana rebaħ l-Open Class 1, John Martin rebaħ l-Open Class 6 u Index Class 1, Garry Camilleri rebaħ is CA6 Class u Extreme 3 Class, Wayne Scicluna rebaħ il-Front Wheel Drive Open Classu George Vella u Stephen Xuereb rebħu l-SM2 u l-SM4 Classes. Roderick Fenech rebaħ id-D4 Class, Clifton Abdilla rebaħ id-D5 u DTA 5 Classes. Alan Muscat rebaħ id-DTF Class, filwaqt li Christian Pace u Mariano Ciantar rebħu L-Escort Classes 2 u 3. Sean Cassar rebaħ l-Index Class 2.

Kevin Gauci rebaħ il-Bracket ta bejn 11.50 u 11.99 sekonda, Chris Mercieca rebaħ il-Bracket ta bejn 11 u 11.49 sekonda, il-Brittaniku Joe Ashton rebaħ il-Bracket ta bejn 10.50 u 10.99 sekonda, Jurgen Caruana rebaħ il-Bracket ta bejn 10 u 10.49 sekonda, Wayne Scicluna rebaħ il-Bracket ta bejn 9.50 u 9.99 sekonda. John Martin, Lewis Vella u Stephen Xuereb rebħu Plattina kull wieħed peress li ma kellhomx rivali fil-klassijiet rispettivi tagħhom.

Muturi. Briegel Micallef rebaħ il-klassi SS1, Valter Mallo rebaħil-klassi Open, Simon Giordmaina rebaħ il-klassi Outlaw, Leslie Said rebaħ il-klassi Index 8.5, Franklyn Borg rebaħ il-Klassi TF filwaqt li Chris Vella u Flavius Permit rebħu il-Brackets 8 sa 8.40 sekonda u 9 sa 9.49 sekonda.

L-iżgħar sewwieq, Luca Mangion rebaħ il-Klassi Junior Dragster, filwaqt li l-aħjar reazzjoni fuq-il-ħin kienet dik ta Warren Gauci. 

Sport