Wara li Roma kisbu rebħa tajba ta’ 3-0 fuq Udinese fi tmiem din il-ġimgħa, issa jħarsu lejn it-tieni leg tal-kwarti tal-finali tal-Europa League kontra Feyenoord fejn huma jridu jaqilbu r-riżultat ta’ 1-0 li soforew fl-Olanda.
Il-kowċ Jose Mourinho jittama li jirkupra lil Paolo Dybala li ħass uġigħ f’saqajh u kellu jibqa’ barra fl-aħħar konfronti tal-Giallorossi. Skont l-aħħar bullettin mediku, l-eks plejer ta’ Palermo u Juventus jista’ jkun inkluż fil-konfront delikat li għandhom nhar il-Ħamis li ġej fi Stadio Olimpico.