Friday, November 15, 2024

Roman Abramovich jiċħad li talab lura s-self li ta lil Chelsea

Aqra wkoll

Roman Abramovich jgħid li ma talabx is-self ta’ £1.5 biljuni tiegħu lil Chelsea biex jitħallas lura meta jinbiegħ il-club.

L-oligarka Russu poġġa lil Chelsea għall- bejgħ f’Marzu u mbagħad ġie sanzjonat mill-Gvern tar-Renju Unit wara l-invażjoni tal-Ukrajna.

Kelliem qal li Abramovich “jibqa’ impenjat” li jiżgura li d-dħul mill-bejgħ “jmur għal kawżi tajba”.

Huma żiedu li l-fondi tas-self kienu suġġetti għal sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u se jiġu ffriżati.

Madankollu, dawn kienu “għadhom allokati għall-fondazzjoni” li Abramovich jixtieq iwaqqaf.

Iżda l-kelliem tiegħu, fi stqarrija maħruġa l-Ħamis permezz ta’ Chelsea, qal li din il-pożizzjoni ma nbidlitx u li t-team tiegħu kien “identifika rappreżentanti għolja minn korpi tan-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet tal-karità globali kbar li ġew inkarigati li jiffurmaw fondazzjoni”.

Iżda rapporti aktar kmieni din il-ġimgħa ssuġġerew li kien hemm biża’ li kwalunkwe ftehim jista’ jisfaxxa, billi allegaw li Abramo­vich kien bidel it-termini tal-bejgħ u ried li s-self ta’ £1.5 biljuni tiegħu lil Chelsea jitħallas lura, wara li inizjalment qal li kien se jħassarha.

“Is-Sur Abramovich ma talabx li jitħallaslu l-ebda self – suġġerimenti bħal dawn huma kompletament foloz – bħalma huma suġġe­rimenti li s-Sur Abramovich żied il-prezz tal-club fl-aħħar minuta,” żiedet l-istqarrija.

L-istqarrija qalet ukoll li Abramovich kien ħeġġeġ lill-offerenti biex “jimpenjaw ruħhom li jinvestu fil-club” bħala parti mill-proċess.

Finalment huwa sostna li Chelsea xorta waħda se jibqgħu f’qalbu u se jibqa’ jsegwihom kull ġimgħa.

Ekonomija

Sport