Saturday, May 4, 2024

Illum jiftaħ uffiċjalment il-Parlament bl-akbar rappreżentanza

36 deputati ġodda minn fost 79 membru parlamentari

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Illum jiftaħ uffiċjalment il-Parlament f’dik li se tkun l-14-il leġislatura mindu pajjiżna ħa l-Indipendenza.

Qabel is-seduta inawgurali ssir quddiesa u wara ssir iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tad-79 deputat li se jiffurmaw il-leġislatura għall-5 snin li ġejjin.

Il-Parlament se jkun iffurmat minn 79 membru parlamentari, 44 f’isem il-Partit Laburista u 35 f’isem il-Partit Nazzjonalista. Dawn jikkonsistu f’57 deputati li huma rġiel u 22 li huma nisa. Minn fosthom hemm 43 deputati li servew fl-aħħar leġislatura. Dan ifisser li l-parlament Malti se jkun jinkludi 36 deputati li se jservu fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.

Din se tkun l-ikbar rappreżentanza fil-parlament li qatt kellu pajjiżna minħabba li għall-ewwel darba ntuża l-mekkaniżmu korrettiv tal-bilanċ fil-ġeneru.

Sport