Sunday, November 24, 2024

Romelu Lukaku jrid jitlaq lil Chelsea … u jingħaqad ma’ Inter

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Belġjan, Romelu Lukaku, stqarr li mhuwiex kuntent ma’ Chelsea fejn sostna li jixtieq jerġa’ jingħaqad ma’ Inter liema club ħalla biex ingħaqad mal-Pensioners. 

“Jien ninsab fiżikament tajjeb iżda mhux kuntent bis-sitwazzjoni ta’ Chelsea. Tuchel għażel li jilgħab b’sistema oħra. L-unika ħaġa li nista’ nagħmel hu li ma nċedix u nkompli nilgħab bħal professjonist,” qal Lukaku. 

Lukaku skorja seba’ goals fi 18-il dehra tal-Premier League s’issa f’dan l-istaġun. Il-player tilef ukoll bosta logħbiet minħabba injuries u anke bħala riżultat ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-manager tiegħu.

Huwa jinsab imdejjaq bil-mod kif ħalla lil Inter. “Ma kellix nitlaq kif tlaqt u  jiddispjaċini ħafna għall-partitarji. Ma kienx iż-żmien it-tajjeb. Għandi lil Inter f’qalbi u rrid nerġa’ nilgħab magħhom.”

“Nittama minn qalbi li mmur lura għand Inter u mhux fi tmiem il-karriera tiegħi, imma meta nkun għadni fl-aqwa tiegħi,” qal il-player ta’ 28 sena.

“It-tluq tiegħi messu kien  differenti. Huma affarijiet li se jibqgħu miegħi għal dejjem. Irrid nitlob skuża lill-partitarji għal darb’oħra,” temm jgħid.

Sport