Saturday, December 21, 2024

Ronald Koeman jiżvela li mhux ċert jekk hux se jibqa’ coach ta’ Barcelona

Aqra wkoll

Ronald Koeman żvela li mhux ċert jekk hux se jibqa’ coach ta’ Barcelona, ​​wara t-telfa diżappuntanti tagħhom ta’ 3-0 kontra Benfica fiċ-Champions League nhar l-Erbgħa filgħaxija.

Il-club Katalan tilef l-ewwel żewġ logħbiet fi Grupp E, filwaqt li Koeman naqas ukoll li jirbaħ fi tliet okkażjonijiet fil-La Liga s’issa dan l-istaġun, meta ġie draw kontra Athletic Bilbao, Granada u Cadiz.

Ġie rrappurtat li l-mandat tal-Koeman fil-Camp Nou huwa wieħed ferm inċert, madankollu l-Olandiż jemmen li l-bord għandu jagħti lilu nnifsu u lit-team ħin biex ibiddlu l-fortuni tagħhom.

“Ma nista’ ngħid xejn dwar il-futur tiegħi għax ma nafx kif jaħseb il-club f’dak is-sens. Mhuwiex f’idejja u se nkunu qed naraw x’se jkun qed iġib miegħu l-futur,” qal Koeman.

“Naħseb li, għal kwalunkwe coach, huwa dejjem diffiċli li jitlef żewġ logħbiet konsekuttivi taċ-Champions League. Int trid tkun realistiku u tkun taf li hija sitwazzjoni delikata. Nipprova nagħmel dan perfettament. Int trid tipprova tagħti lit-team il-ħin u tibdel l-affarijiet għall-aħjar. “

“Jien ser nagħti l-opinjoni tiegħi biss dwar it-team, dwar il-plejers tiegħi. Inħossni appoġġat mill-players tiegħi; mill-bqija, ma nafx.”

Il-leġġenda ta’ Barcelona Xavi kif ukoll il-manager tal-Belġju Roberto Martinez huma żewġ kandidati li qed jiġu kkunsidrati mill-ġerarkija tal-klabb biex jieħdu r-riedni tal-club Katalan.

Ekonomija

Sport