Sunday, November 24, 2024

Ronnie O’Sullivan kontra Neil Robertson fis-semi finali tal-Hong Kong Masters

Aqra wkoll

Ronnie O’Sullivan warrab faċilment l-isfida ta’ Ng On Yee meta rebħilha bl-iskor ta’ 5-0 fil-Hong Kong Masters biex għamilha għal mal-aħħar erbgħa f’dan it-tournament.

Iċ-ċhampion tad-dinja renjanti O’Sullivan irnexxielu jaqta’ passaġġ għas-semi finali f’inqas minn siegħa wara li rnexxielu jagħmel breaks ta’ 72, 100, 59, 81 u 95.

Huwa issa se jkun qed jiltaqa’ kontra l-Awstraljan Neil Robertson, wara li dan tal-aħħar aktar kmieni għeleb lil Mark Williams bl-iskor ta’ 5-3. Fis-semi finali l-oħra, Marco Fu se jilgħab kontra John Higgins.

Sport