Saturday, November 23, 2024

Rosianne Cutajar titlob għal ksur ta’ privileġġ mid-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi

Aqra wkoll

Id-Deputata Laburista, Rosianne Cutajar talbet għal ksur ta’ privileġġ kontra d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Fit-talba lill-Ispeaker hi qalet li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi attribwixxielha kliem vulgari li hi qatt ma użat la fil-konfront tiegħu u lanqas ta’ xi deputat ieħor. Qalet li skont id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, l-Ispeaker sema’ dan il-kliem imma ma ħax azzjoni. 

Id-Deputata Rosianne Cutajar iddikjarat li “jien mhux persuna baxxa. La hemm barra u lanqas fil-Parlament”.  L-Ispeaker se jinvestiga l-każ.

Sport