Rota.mt b’kollaborazzjoni mal-kunsill lokali tal-Belt Valletta, qed joffri lezzjonijiet taċ-ċikliżmu bla ħlas fi Pjazza San Ġorġ – esperjenza kemm għat tfal kif ukoll adulti biex jitgħallmu jew itejbu ħilithom fir-rota.
Wara s-suċċess tas-sezzjonijiet li għaddew, il-lezzjonijiet se jerġgħu jsiru nhar is-Sibt, 8 ta’ Novembru, immexxija minn Ben ta’ rota.mt
⏰ Ħinijiet: 9:00–11:00 am
👥 Età: 12+
💪 Livell: Kemm għal dawk fil-bidu kif ukoll għal dawk b’esperjenza
Parteċipanti jistgħu jġibu r-rota tagħhom jew jużaw waħda pprovduta fuq il-post. Din l-inizjattiva tippromwovi ħajja attiva u sostenibbli.
Is-Sindku tal-Belt Valletta, Olaf McKay, qal: “L-għan tagħna hu li nħeġġu lil kulħadd; tfal, żgħażagħ u kbar biex ikunu akttar attivi u jgawdu l-ispazji pubbliċi tagħna b’mod sostenibbli.

