Wednesday, July 22, 2026
Home Sport Qattus iwaqqaf parzjalment il-konferenza stampa ta’ Gasperini

Qattus iwaqqaf parzjalment il-konferenza stampa ta’ Gasperini

0
43

Episodju mhux tas-soltu seħħ waqt il-konferenza stampa tal-kowċ ta’ AS Roma Gian Piero Gasperini qabel il-logħba kontra Milan. Waqt li kien qed jitkellem mal-ġurnalisti, deher qattus fis-sala, u kulħadd, inkluż il-kowċ, infaqa’ jidħaq.

Gasperini rreaġixxa b’entużjażmu u qal b’daqsxejn ta’ umoriżmu fejn qal li dan l-istess qattus xtaq jitkellem hekk kif beda inewwaħ bla waqfien. L-istaff ta’ Roma pprova jneħħih, iżda l-qattus baqa’ hemm jisma’ x’kellu xi jgħid Gasperini!