Għadd ta’ gvernijiet Ewropej kienu qegħdin juru tħassib dwar ir-riskju li jeżisti fejn jirrigwarda rotot strateġiċi fil-Mediterran, li huma użat minn bastimenti merkantili biex iwasslu l-provvisti tagħhom f’pajjiżi diversi. Fl-aħħar xhur u ġimgħat, f’laqgħa diplomatiċi spiss kien qiegħed iqum l-argument ta’ żieda fir-riskju li jeżisti f’dawn it-rotot strateġiċi u dan minħabba l-kunflitti li jeżisti kemm fin-naħa tal-lvant tal-Ewropa u anke l-instabbilità ġdida li qiegħda tinħoloq fl-Afrika.
Sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li “ilna għal dawn l-aħħar xhur nisimgħu bil-preokkupazzjoni li teżisti li jistgħu jiġu affettwati dwar ir-rotot strateġiċi b’mod partikolari fil-Mediterran. Illum bis-sitwazzjoni ta’ kunflitti u tensjoni kemm fl-Afrika u anke fil-lvant tal-Ewropa, ir-riskji ta’ instabbiltà f’dawn ir-rotot żdied. Ir-riskju qiegħed iħasseb lil diversi pajjiżi għax disturb f’dawn ir-rotot, jiġu affettwati għadd kbir ta’ pajjiżi u anke taffettwa l-provvista ta’ ikel. Minħabba dan issa qegħdin naraw pajjiżi jingħaqdu bejniethom u jwettqu eżerċizzji militari purament biex jiddefendu dawn ir-rotot strateġiċi fil-baħar Mediterran. Fl-aħħar jiem rajna lin-NATO flimkien ma’ pajjiżi oħra iwettqu ħidma b’konnessjoi ma’ dan. Eżerċizzji li qegħdin jitwettqu għax il-kunflitti fil-lvant baqgħu għaddejjin, waqt li qegħdin naraw instabbilità ġdida fl-Afrika”, tennew l-istess sorsi. Saħqu li “kemm l-ekonomija dinjija u anke l-ekonomija tal-pajjiżi tiddependi fuq il-kummerċ marittimu. Għalhekk hu importanti li rotot strateġiċi, ikunu siguri”.
Fil-fatt erba’ pajjiżi li huma ir-Renju Unit, l-Istati Uniti, it-Turkija u l-Italja, flimkien ma’ żewġ gruppi tan-NATO wettqu eżerċizzji b’rabta mas-sigurtà tar-rotot strateġiċi fil-Mediterran. Dan sar minħabba li r-riskju għas-sigurtà għall-ikel żdied kawża tal-kunflitti.
Jidher li l-eżerċizzju kien jikkonsisti f’ħidma kontra mini, fejn iż-żewġ gruppi tan-NATO fl-istħarriġ tagħhom kien li jaraw li dik iż-żona tkun sigura.
Wieħed irid iżomm f’moħħu li r-Russja ħarġet mill-United Nations GRaing Initiative u dan qed ifixkel ir-rotot li jissupplixxu l-qamħ waqt li jinħoloq riskju għas-sigurtà tal-ikel.