Kienet ilha l-isptar minn Awwissu tas-sena li għaddiet u fl-aħħar sigħat ingħata l-aħbar li tista’ toħroġ mill-isptar.
Ommha Brittni qalet li Rowan ħarġet mill-isptar, iżda trid tibqa’ tgħix qrib l-isptar fir-Renju Unit biex it-tobba jibqgħu jaraw kif se timxi ‘l quddiem.
Din it-tifla ġġilded kundizzjoni rari ħafna msejħa Maple Syrup Urine Disease.
Fl-aħħar ġimgħat ingħatat fwied ġdid u l-operazzjoni rnexxiet.
Għall-ewwel darba f’ħajjitha, Rowan se tkun qiegħda tesperjenza l-ħajja normali…

