Thursday, March 28, 2024

Royal College of Surgeons of Edinburgh jagħżlu lil Malta bħala ċentru ta’ taħriġ

Aqra wkoll

Wieħed mill-akbar kulleġġi tal-kirurgi fid-dinja, the Royal College of Surgeons of Edinburgh, se jkun qed jaħdem mal-awtoritajiet tas-saħħa Maltin biex pajjiżna jsir ċentru għall-eżamijiet u ta’ taħriġ għall-kirurgi.

F’laqgħa mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, il-kulleġġ, flimkien mal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Kirurgi u l-Postgraduate Medical Training Center, esprimew il-kunfidenza tagħhom li pajjiżna se jkun ċentru li jħarreġ mijiet ta’ kirurgi Ewropej, mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika ta’ Fuq.

Id-Deputat Prim Ministru laqa’ din l-aħbar b’pożittività, li hija konferma tal-livell eċċellenti tal-kirurġija f’pajjiżna, u offra l-appoġġ tiegħu għal din l-inizjattiva internazzjonali.

Ekonomija

Sport