Il-kowċ ta’ Manchester United Ruben Amorim kien qed jitkellem f’konferenza stampa wara l-logħba kontra Leicester City tal-bieraħ filgħaxija. Hu talab lill-partitarji u segwaċi tat-tim sabiex jieħdu paċenzja minħabba li hu ma wasalx fil-bidu tal-istaġun u sab tim differenti minn dak li jixtieq.
Ħafna kkritikaw is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar tat-tim li jilgħab f’Old Trafford fejn ftit xtraw plejers u dan żgur m’għenx sabiex tissaħħaħ l-iskwadra.
Amorim qal li x-xorti mhux li tant qiegħda magħhom bħalissa għalkemm hu mhux se jaqta’ qalbu minn dan kollu.