Wednesday, July 24, 2024

Rumen arrestat wara li fil-vettura tiegħu nstabu 10kg droga

Aqra wkoll

Rumen ta’ 40 sena ġie arrestat b’rabta ma’ allegat importazzjoni tal-kannabis.

Wara li l-Pulizija ġabret informazzjoni relatata mal-involviment ta’ persuna rigward importazzjoni tad-droga, nhar l-Erbgħa, il-Pulizija waqfet lir-raġel waqt li kien bil-vettura tiegħu fis-Swieqi.

L-informazzjoni li kellha l-Pulizija ħalliet il-frott, hekk kif minn tfittxija li saret fil-vettura nstabu mal-10 kilogrammi ta’ sustanza suspettata ħaxixa tal-kannabis, maqsuminn f’diversi boroż, lesti għat-traffikar.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia ġiet infurmata bis-sejba u ħatret inkjesta.

Membri mid-Dipartiment tad-Dwana assistew lill-Pulizija fit-tfittxijiet.

Ir-raġel qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwarteri Ġenerali, il-Furjana u mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu (1100hrs) quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Victor Axiak LL.D
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport