Saturday, December 21, 2024

Russa teħel 7 snin ħabs wara li biddlet takketti tal-ikel

Aqra wkoll

L-Artista u mużiċista Aleksandra Skochilenko li hija wkoll magħrufa bħala attivista kontra l-gwerra fl-Ukranja, ġie kkundannat 7 snin ħabs wara li nstabet ħatja li “gidbet” dwar l-armata Russu.

Kien fil-11 ta’ April tas-sena l-oħra meta Aleksandra Skochilenko inqabdet tbiddel taketti tal-ikel minn ħanut u minflok għamlet takketti b’messaġġ konta l-gwerra fl-Ukranja. Hija ġiet arrestati fuq tal-ħin wara u ġiet informata li se tkun qiegħda titressaq quddiem il-ġustizzja.

Minn dakinhar ‘l hawn hi qatt ma ħarġet mill-ħabs, u attivisti kollegi tagħha qegħdin jgħidu li saħħitha marret ħafna lura. Skont l-attivisti hi mhux qiegħed ikollha aċċess għal kura tajba u lanqas qiegħda tiekol ikel tajjeb għas-saħħa.

Skochilenko hija t-tieni attivista li kellha tiffaċja akkużi kriminali wara li Vladimir Zavyalov kien wettaq l-istess każ biex iwassal il-messaġġ kontra l-gwerra. Zavyalov kien tħoġġa taħt house arrest, iżda lejliet li kien se jingħata s-sentenza rnexxielu jaħrab mir-Russja. F’dan il-każ hu kien ġie kkundannat sitt snin ħabs.

Iżda fir-Russja mindu daħal fis-seħħ Artiklu 207.3 li ħadd ma jista’ jitkellmu kontra l-gwerra fl-Ukranja kien hemm 750 ċittadin normali li ffaċjaw akkużi fil-qorti u dan in-numru qiegħed dejjem jiżdied hekk kif pulizija pajżana qegħdin iduru diversi toroq tal-bliet biex hekk kif xi ħadd jitkellmu kontra l-gwerra fl-Ukranja jiġi arrestat.

Ekonomija

Sport