Monday, December 9, 2024

“Bdejt nitlob lill-Madonna ta’ Pinu biex Bologna ma jiskurjawx”

- Francesco Grima Portelli li fl-aħħar jiem ħareġ mal-plejers tat-tim ta’ Fiorentina

Aqra wkoll

“Xħin Bologna bdew jilagħbu tajjeb, bdejt nitlob lill-Madonna ta’ Pinu biex ma jiskurjawx.”

Hekk stqarr Francesco Grima Portelli ta’ sitt snin, iben l-atleta Għawdxi Franklin Grima, ftit tal-jiem wara li ġie lura mill-Italja wara li kellu l-okkażjoni li joħroġ fil-grawnd mal-plejers ta’ Fiorentina.

Il-logħba kienet intlagħbet fit-12 ta’ Novembru fi Stadio Artemio Franchi bejn Bologna u Fiorentina fejn dawn tal-aħħar ħarġu rebbieħa bi skor ta’ 2-1.

Dan is-sit ħa l-kummenti ta’ Francesco. Huwa qalilna li “kienet esperjenza sabiħa ħafna, l-aktar xħin ħriġt mal-plejers u rajt dawk in-nies kollha jkantaw.”

Stqarr ukoll li s-soltu jara lit-tim favorit tiegħu ma’ missieru fuq it-televiżjoni, iżda xħin ra dawk is-sapporters kollha “bdejt nipprova nkanta bħalhom”.

Francesco qal li “bdejt nifraħ ħafna xħin Giacomo Bonaventura skurja l-ewwel goal. Tgħidx kemm għedtlu li hu mqareb lill-plejer ta’ Bologna xħin skorja l-penalty, u dan ġie jifraħ ħdejja.” Hu kompla jgħid li mbagħad meta Nicolás González skorja t-tieni goal għal Fiorentina mar jifraħ ħdejh ukoll u missieru Franklin refgħu “u tgħidx kemm qbiżna”.

It-tfajjel Għawdxi kompla jgħid li “mbgħad Bologna bdew jilagħbu tajjeb u jien bdejt nitlob lill-Madonna ta’ Pinu biex ma jiskorjawx ħalli Fiorentina jirbħu din il-logħba.” Meta mistoqsi jekk hux se jerġa’ jmur jarahom, Francesco qalilna li “l-Papà qalli li se jerġa’ jeħodni …”

Ekonomija

Sport